Rikors ippreżentat fit-30 ta' Diċembru 2011 - Polytetra vs UASI - EI du Pont de Nemours (POLYTETRAFLON)
(Kawża T-660/11)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Polytetra GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schiffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 2005/2010-1; u
tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "POLYTETRAFLON" għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 1, 11, 17 u 40 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6131015
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 432120 li tirrigwarda t-trade mark verbali "TEFLON" għal, fost l-oħrajn, prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 11, 17 u 40
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 15(1), 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell b'mod żbaljat ikkonkluda li kien hemm probabbiltà ta' xebh bejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u t-trade mark preċedenti u li kien ġie ppruvat li kien hemm użu ġenwin tat-trade mark preċedenti.
____________