Language of document :

Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tas-16 ta' Frar 2012 - Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

(Kawża T-656/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morison Menon Chartered Accountants (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda); Morison Menon Chartered Accountants - Dubai Office (Dubai); u Morison Menon Chartered Accountants - Sharjah Office (Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: H. Viaene, T. Ruys u D. Gillet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: M. M. Joséphidès u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319 p. 11) u min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), safejn dawn jinkludu, fil-lista ta' persuni u ta' entitajiet li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati, l-entità bl-isem ta' "Morison Menon Chartered Accountants".

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________