Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-166/07 u T-285/07)1

"Sistema lingwistika - Avviżi ta' kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta' amministraturi u ta' assistenti - Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali - Emendi - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni - Abbuż ta' poter"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: fil-Kawża T-166/07, P. Gentili, avvocato dello Stato, u, fil-Kawża T-285/07, inizjalment P. Gentili u I. Braguglia, aġent, sussegwentement P. Gentili u R. Adam, aġent, u fl-aħħar P. Gentili u I. Bruni, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-166/07, inizjalment J. Currall, H. Krämer u M. Velardo, aġenti, sussegwentement J. Currall u I. Baquero Cruz, aġent, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat, u, fil-Kawża T-285/07, inizjalment J. Currall u A. Aresu, aġent, sussegwentement J. Currall u I. Baquero Cruz, assistiti minn A. Dal Ferro)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent) (Kawża T-166/07); u r-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Vodina u M. Michelogiannaki, aġenti) (Kawża T-285/07)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/94/07, għall-ħolqien ta' lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), EPSO/AST/37/07, għall-ħolqien ta' lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti (AST 3) fil-qasam tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni (ĠU 2007, C 45 A, p. 15), u EPSO/AD/95/07, għall-ħolqien ta' lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni (Librerija/Dokumentazzjoni) (ĠU 2007, C 103 A, p. 7).

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 - ĠU C 155, 07.07.2007.