Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2014 – Carbio vs Il-Kunsill

(Kawża T-119/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Càmara Argentina de Biocombustibles (Carbio) (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: J. Bellis u R. Luff, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, p. 2), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv, li jallega li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti billi kkonkludew li kien hemm distorsjoni tal-prezzijiet tal-fażola tas-soja u taż-żejt tas-soja li tiġġustifika l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Antidumping Bażiku  .It-tieni motiv, li jallega li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Antidumping Bażiku, kif interpretat mill-istituzzjonijiet f’din il-kawża, ma jistax jiġi applikat għal importazzjonijiet minn membru tad-WTO peress li huwa inkonsistenti mal-Ftehim Antidumping tad-WTO.It-tielet motiv, li jallega li l-evalwazzjoni tad-dannu tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni fatturi li jħollu r-rabta kawżali bejn id-dannu allegat u l-importazzjonijiet li huma allegatament is-suġġett ta’ dumping bi ksur tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Antidumping Bażiku.

____________

____________

1