Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Diċembru 2007 - Dascalu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/03)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok għal deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Iosif Dascalu (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u L. Lozano Palacios, sussegwentement C. Berardis-Kayser u H. Krämer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2002 u ta' l-14 ta' April 2003 li bidlu l-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn dawn jiffissaw il-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad A6, l-ewwel skala, safejn jiffissaw il-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjonijiet jibdew jipproduċu l-effetti pekunjarji tagħhom u safejn ma jerġgħux jistabbilixxu l-karriera fil-grad tar-rikorrent u, safejn ikun meħtieġ, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li ċaħdu l-ilmenti tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat b'dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 47, 21.2.2004.