Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Settembru 2012 - Bredenkamp et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/09)

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe - Irtirar tal-lista ta' persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: John Arnold Bredenkamp (Harare, iż-Żimbabwe) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness tad-digriet preżenti (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, P. Moser, barrister, u R. Khan, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel, T. Scharf u M. Konstantinidis, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment E. Jenkinson, I. Rao u F. Penlington, sussegwentement E. Jenkinson, I. Rao u C. Murrell, aġenti, assistiti minn D. Beard, QC); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Szostak, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009, tas-26 ta' Jannar 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 23, p. 5), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2010, tal-25 ta' Frar 2010, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 51, p. 13) sa fejn jirreferi għar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn John Arnold Bredenkamp, Alpha International (PVT) Ltd, Breco (Eastern Europe) Ltd, Breco (South Africa) Ltd, Breco (UK) Ltd, Breco Group, Breco International, Breco Nominees Ltd, Breco Services Ltd, Corybantes Ltd, Echo Delta Holdings, Masters International Ltd, Piedmont (UK) Ltd, Raceview Enterprises, Scottlee Holdings (PVT) Ltd, Scottlee Resorts Ltd, Timpani Exports Ltd et Tremalt Ltd.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropa għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 141, 20.06.2009.