Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - Koipe vs L-UASI - Aceites del Sur (La Española)

(Kawża T-363/04)1

"Trade mark Komunitarja − Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 'La Española' − Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji 'Carbonell' − Ċaħda ta' l-oppożizzjoni − Elementi dominanti − Xebh − Probabbiltà ta' konfużjoni − Setgħa ta' tibdil ta' deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Koipe Corporación, SL (San Sebastián, Spanja) (rappreżentant: M. Fernández de Béthencourt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Aceites del Sur, SA (Sevilja, Spanja) (rappreżentanti: C.L. Fernández-Palacios u R. Jiménez Díaz, avukati)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-11 ta' Mejju 2004 (Kawża R 1109/2000-4), li tirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Koipe Corporación SL u Aceites del Sur SA.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI), tal-11 ta' Mejju 2004 (Kawża R 1109/2000-4), hija mibdula fis-sens li l-appell imressaq mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell huwa fondat, u konsegwentement, l-oppożizzjoni għandha tiġi milqugħa.

L-UASI u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 284 ta' l-20.11.2004