Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2023 – Bimbo vs EUIPO – Guangzhou Danxi Trade (Bimbys)
(Kawża T-1185/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Bimbo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guangzhou Danxi Trade Co. Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Bimbys” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 496 227
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 635/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi tordna espressament li l-applikazzjoni għat-trade mark inkwistjoni tiġi miċħuda;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________