Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Novembru 2010 - Fruit of the Loom vs UASI - Blueshore Management (FRUIT)

(Kawża T-514/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, USA) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister u V. G. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Blueshore Management SA (Cernusco Sul Naviglio, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 1686/2008-4 ; u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka : it-trade mark verbali "FRUIT" għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 745216

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka parzjali tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti ssostni illi d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kkunsidrax (a) il-preżentazzjoni u l-importanza tal-kelma "FRUIT" fit-trade marks murija fil-provi prodotti mill-proprjetarju dwar l-użu, (b) il-provi illi l-proprjetarju kkummerċjalizza b'mod informali l-prodotti tiegħu taħt l-isem "FRUIT", b'użu verbali ta' spiss f'negozjati u tranżazzjonijiet mal-klijenti tiegħu, u (c) il-provi dwar l-użu mill-proprjetarju tat-trade mark "FRUIT" bħala parti mill-websajt kummerċjali tiegħu.

____________