Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Novembru 2011 - Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Lepiarz vs UASI - Henkel

(Kawża T-591/11)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. (Jaworzno, Ir-Repubblika tal-Polonja) (rappreżentant: M. Konieczyński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Henkel Corp. (Gulph Mills, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 1147/2010-4;

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi dawk ta' rappreżentazzjoni fil-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva fl-għamla ta' tubu ta' kulur abjad, iswed, griż u isfar u li tinkludi l-element verbali "SUPER GLUE" għal prodotti fil-klassijiet 1 u 16 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 262 405

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Nru 377 517 "SUPERGLUE" rreġistrata fil-Benelux, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009  fir-rigward tal-istabbiliment tax-xebh tat-trade marks u l-probabbiltà ta' konfużjoni min-naħa tal-konsumaturi.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).