Language of document : ECLI:EU:T:2011:475





Sentenza tal-Qorti Generali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 – Lucite International u Lucite International UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-metakrilati – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Multi – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva tal-ftehim jew prattiki li jikkostitwixxu ksur”

1.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Gravità tal-parteċipazzjoni ta’ kull impriża - Distinzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 1A, 2 u 3) (ara l-punti 45-47, 52, 53, 55)

2.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 59)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni li timponi multi - Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur - Indikazzjoni suffiċjenti (Artikolu 253 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 61)

4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tas-sanzjonijiet - Applikazzjoni għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi attenwanti jew aggravanti (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 2 u 3) (ara l-punti 87-89)

5.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Linji gwida adottati mill-Kummissjoni - Obbligu sabiex hija tikkonforma ruħha magħhom - Żamma ta’ marġni ta’ diskrezzjoni sostanzjali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 90-93)

6.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Multi - Ksur imwettaq intenzjonalment jew b’mod negliġenti - Imputabbiltà għal impriża tal-aġir tal-korpi tagħha - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 95)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni - Obbligu li jiġu eżaminati l-punti ta’ fatt u ta’ liġi kollha mqajma mill-persuni kkonċernati - Assenza (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 103)

8.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti - Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju - Teħid inkunsiderazzjoni impost mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, it-tieni inċiż tal-punt 3) (ara l-punt 109)

9.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kuntest ġuridiku - Linji gwida adottati mill-Kummissjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Stħarriġ ġudizzjarju - Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 261 TFUE, Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punt 120)

10.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punt 171)

Suġġett

Talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 – Metakrilati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba tal-Kummissjoni intiża għat-tneħħija tal-immunità hija miċħuda.

3)

Lucite International Ltd u Lucite International UK Ltd għandhom ibatu 90 % tal-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż esposti minn Lucite International u Lucite International UK.