Language of document : ECLI:EU:T:2009:448

Kawża T-234/06

Giampietro Torresan

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali CANNABIS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Sommarju tas-sentenza

Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a))

It-trade mark CANNABIS ma kellhiex tiġi rreġistrata bħala trade mark Komunitarja għall-“birer”, u l-“inbejjed, spirti, likuri, inbid bil-gass, xampanja” li jirriżultaw rispettivament mill-klassijiet 32 u 33 skont il-Ftehim ta’ Nice, minħabba li hemm ir-raġuni assoluta għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

Is-sinjal verbali CANNABIS jikkostitwixxi fih innifsu, għall-konsumaturi, indikazzjoni sempliċi u diretta ta’ wieħed mill-ingredjenti possibbli tal-prodotti li ġiet irreġistrata għalihom it-trade mark. Minħabba f’hekk, is-sinjal verbali CANNABIS imur lil hinn mill-qasam tas-suġġestjoni u jaqa’ taħt il-qasam tad-deskrizzjoni. Għalhekk, l-imsemmi sinjal għandu jiġi kkunsidrat bħala deskrittiv u mhux bħala suġġestiv jew allużiv.

Huwa biss it-terminu “kannabis” użat bħala trade mark li jista’ jiġi ġġudikat bħala deskrittiv jekk jirreferi, attwalment jew potenzjalment, għal waħda mill-karatteristiċi tal-prodott, jiġifieri wieħed mill-ingredjenti li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tax-xarbiet inkwistjoni. Fid-dawl tal-offerta tax-xarbiet li fihom il-qanneb li jeżistu diġà fis-suq, is-sinjal CANNABIS jista’ jindika minn issa ’l quddiem wieħed mill-ingredjenti użati għall-produzzjoni tal-prodotti li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark.

Barra minn hekk, il-fatt li terminu għandu diversi tifsiriet ma għandu l-ebda importanza sabiex jiġi stabbilit l-karattru deskrittiv tiegħu. B’hekk, il-fatt li t-terminu “kannabis” jista’ jkollu tliet tifsiriet differenti ma jista’ jkollu l-ebda rwol fir-rigward tad-determinazzjoni tal-karattru deskrittiv tiegħu. Sabiex l-Artikolu 7(1)(ċ), tal-imsemmi regolament ikun applikabbli huwa biżżejjed li jeżisti rapport dirett u konkret bejn wieħed biss minn dawn it-tifsiriet u l-prodotti inkwistjoni.

Minn dan isegwi li s-sinjal CANNABIS jirreferi għall-pjanta tal-kannabis, magħrufa mal-pubbliku minħabba fil-preżenza tagħha fil-mezzi ta’ informazzjoni, li hija preżenti fil-proċess tal-produzzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ikel u ċerti xarbiet. Il-konsumatur medju għalhekk mill-ewwel jistabbilixxi u mingħajr l-ebda riflessjoni rabta bejn is-sinjal inkwistjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark, li jagħmel dan is-sinjal deskrittiv.

(ara l-punti 34, 36-38)