Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – Walcher Meßtechnik vs UASI (HIPERDRIVE)

(Kawża T-95/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HIPERDRIVE – Raġunijiet assoluti għal rifjut– Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Walcher Meßtechnik GmbH (Kirchzarten, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1779/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HIPERDRIVE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Walcher Meßtechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 108, 13.04.2013.