Language of document : ECLI:EU:T:2014:270





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 — Walcher Meßtechnik vs UASI (HIPERDRIVE)

(Kawża T‑95/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HIPERDRIVE — Raġunijiet assoluti għal rifjut– Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 19-22)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett — Trade mark ikkostitwita minn kelma jew minn kelma ġdida maħluqa minn tagħqid ta’ elementi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 23)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali HIPERDRIVE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 25, 34-40, 44)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Ħtieġa ta’ eżami strett u komplet f’kull każ partikolari (ara l-punti 47-49)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Effett (ara l-punt 53)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1779/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HIPERDRIVE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Walcher Meßtechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.