Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta' Lulju 2010 - Grain Millers vs UASI - Grain Millers (GRAIN MILLERS)

(Kawża T-430/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAIN MILLERS -Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Grain Millers u r-rappreżentazzjoni figurattiva tiegħu - Ċaħda parzjali ta' reġistrazzjoni - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grain Millers, Inc (Eden Prairie, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grain Millers GmbH & Co. KG (Brême, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böckenholt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Lulju 2008 (Każ R 478/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Grain Millers GmbH &Co. KG u Grain Millers, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Grain Millers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 313, 6.12.2008.