Language of document : ECLI:EU:T:2007:385





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007 – DeTeMedien Deutsche vs UASI (suchen.de)

(Kawża T-117/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali suchen.de – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Isem tad-domaine – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunjiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 30, 32, 33, 37, 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-30 ta’ Jannar 2006 (Każ R 287/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali suchen.de bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

DeTeMedien Deutsche Telekom Medien GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali suchen.de għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 3915329

Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DeTeMedien Deutsche Telekom Medien GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.