Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2022 – Fresenius Kabi Austria et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-416/22 R) 

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva ‘soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ hydroxyethyl starch (HES)’ – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fresenius Kabi Austria GmbH (Graz, l-Awstrija) u l-14-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: W. Rehmann u A. Knierim, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Escobar Gómez u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħhom ibbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2022) 3591 final tal-24 ta’ Mejju 2022 li tikkonċerna, fil-kuntest tal-Artikolu 107p tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom is-sustanza attiva “soluzzjonijiet għall-infużjoni ta’ hydroxyethyl starch (HES)”, wara evalwazzjoni ta’ studju dwar is-sikurezza wara l-awtorizzazzjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________