Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2010 - ESGE vs UASI - Kenwood Appliances Luxembourg (KMIX)

(Kawża T-444/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ESGE AG (Bussnang, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenwood Appliances Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' Lulju 2010, fil-Każ R 1249/2009-2;

timmodifika d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' Lulju 2010, fil-Każ R 1249/2010-2, b'tali mod li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni tal-21 ta' Awwissu 2008, fil-Każ B 1252958, tiġi annullata;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kenwood Appliances Luxembourg SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "KMIX", għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali "BAMIX", għal prodotti fil-klassijiet 7 u 40

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)