Language of document : ECLI:EU:T:2013:26





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Jannar 2013 — FunFactory vs UASI (Vibrateur)

(Kawża T‑137/12)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali — Vibratur — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali komposta mill-forma tal-prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17-20)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta vibratur (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24, 27-38)

3.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 40)

4.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 41, 42)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 53, 54)

6.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Awli tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u Artikolu 76) (ara l-punt 62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2012, (Każ R 1436/2011‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta vibratur.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FunFactory GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.