Rikors ippreżentat fil-15 ta' Marzu 2007 - Lafleur-Tighe vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-24/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Virginie Lafleur-Tighe (Makati, il-Filippini) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad 13, skala 1, fid-data tar-reklutaġġ tagħha bħala aġent kuntrattwali, deċiżjoni li tirriżulta mill-kuntratt ta' reklutaġġ iffirmat fit-22 ta' Diċembru 2005;
tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti li jġib miegħu l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, u b'mod partikolari, it-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-esperjenza professjonali tar-rikorrenti mis-16 ta' Novembru 1993, data li fiha kisbet il-grad ta' Bachelor u r-riklassifikazzjoni tagħha fil-grad 14, retroattivament mit-22 ta' Diċembru 2005;
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, barra milli tinvoka motivi simili ħafna għal dawk diġà mqajma fil-kawża F-135/06
1, tinvoka, b'mod partikolari, il-ksur tal-prinċipju ta' moviment liberu tad-diplomi u tal-kwalifiki professjonali.
____________1 - ĠU C 236 tat-30.12.2006, p. 87.