Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Ottubru 2012 - Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill

(Kawża T-172/09) 

["Dumping - Importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Sostenn tal-ilment mill-industrija Komunitarja - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Dannu - Status ta' impriża li topera f'ekonomija tas-suq - Spejjeż tal-elementi tal-produzzjoni ewlenin li fil-parti l-kbira tagħhom jirriflettu l-valuri tas-suq - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gem-Year Industrial Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina); u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd (Zhejiang) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u Y. Melin, sussegwentement Y. Melin, V. Akritidis u F. Crespo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u C. Clyne, aġenti); u European Industrial Fasteners Insitute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. Van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta' Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta'] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gem-Year Industrial Co. Ltd u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009.