Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Diċembru 2012 - Matrix Energetics International vs UASI (MATRIX ENERGETICS)

(Kawża T-573/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Matrix Energetics International, Inc. (Lynnwood, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 56/2012-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MATRIX ENERGETICS" għas-servizzi fil-klassi 41 - reġistrazzjoni internazzjonali Nru°W 995 247

Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________