Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2012 - Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)

(Kawża T-572/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nissan Jidosha KK (Yokohama-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister u D. Cañadas Arcas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-6 ta' Settembru 2012, (Każ R 2469/2011-1)

tordna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tagħha sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark figurattiva "CVTC" għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 12

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/209.

____________