Language of document : ECLI:EU:T:2014:253





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 — Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑30/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Tul tal-ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ammont bażiku — Ċirkustanzi attenwanti — Kapaċità kontributtiva — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Setgħat ta’ ġurisdizzjoni sħiħa — Natura xierqa tal-ammont tal-multa”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Risposta — Rekwiżiti proċedurali — Firma ta’ avukat miktuba bl-idejn — Obbligu li l-kopji jiġu ffirmati konformement mal-oriġinal — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 43 (1)) (ara l-punti 47, 48)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti — Obbligi ta’ min iressaq it-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64(3)(d) u (4)) (ara l-punti 54-57)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 64-68, 97-101, 108-112)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura — Kundizzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati — Effett tat-tul eċċessiv tal-proċedura fuq il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Assenza (Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 75-90)

5.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Sensiela ta’ indizji — Obbligi probatorji ta’ impriżi li jikkontestaw ir-realtà jew it-tul tal-ksur (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 117-127, 165-169, 178, 180)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punt 196)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti (Artikoli 81 KE u 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 215-217)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-ksur fil-globalità tiegħu — Obbligu li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi individwali oħra ta’ kull kumpannija parteċipanti — Assenza (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 21 sa 23) (ara l-punti 219-249)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29) (ara l-punti 266-271)

10.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża — Kundizzjonijiet (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35) (ara l-punti 299-305)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 — Stabilizzaturi Termiċi), jew, sussidjarjament, talba għall-bidla tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reagens SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.