Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2009 - Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meidani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza magħmula skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-fastidju psikoloġiku li r-rikorrent jallega li kien vittma tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tad-9 ta' Marzu 2009 tat-talba għal assistenza taħt l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa d-dannu morali li jammonta għas-somma ta' EUR 30 000;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________