Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Novembru 2009 - Frag Comercio Internacional vs UASI - Tinkerbell Modas (GREEN by missako)

(Kawża T-162/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva GREEN by missako - Trade marks nazzjonali u Komunitarja figurattivi preċedenti MI SA KO - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frag Comercio Internacional, SL (Esparreguera, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tinkerbell Modas Ltda (São Paulo, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Frar 2008 (Każ R 1527/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Tinkerbell Modas LTDA u Frag Comercio Internacional, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Frag Comercio Internacional, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 171, 5.7.2008.