Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2010 - El Corte Inglés vs UASI - Azzedine Alaïa (ALIA)
(Kawża T-152/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Rivas Zurdo, avukat, u M. López Camba u E. Seijo Veiguela, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Azzedine Alaïa (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI,
tikkundanna lill-parti jew partijiet li jikkontestaw dan ir-rikors għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "ALIA" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.788.999), għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-kumpannija Franċiża Azzedine Alaïa.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali internazzjonali "ALAÏA" (Nru 773.126), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25; trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali "ALAÏA" (Nru 3.485.166), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20 u 25; trade mark preċedenti mhux irreġistrata "ALAÏA", għall-produzzjoni u bejgħ ta' prodotti għall-ilbies u prodotti għan-nisa u aċċessorji tal-moda.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
____________