DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA
TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
4 ta’ Settembru 2008
Kawża F-54/05
Fernanda Ehrhardt
vs
Il-Parlament Ewropew
“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal – Tħassir”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu F. Ehrhardt titlob, b’mod partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tagħha għar-restituzzjoni tal-benefiċċju ta’ 207 sigħat u 30 minuta li ġew miżmuma mil-leave annwali tagħha, mir-remunerazzjoni u mill-pensjoni tagħha rispettivament.
Deċiżjoni: Il-Kawża F‑54/05, Ehrhardt vs Il-Parlament, tħassret mir-reġistru tat-Tribunal. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69 u 74)