Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – JA vs Il-Parlament

(Kawża T-156/20) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Grupp politiku – Tkeċċija – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Dritt għal smigħ – Ugwaljanza fit-trattament – Dmir ta’ premura – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: JA (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor u N. Scafarto, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Lulju 2019 li jtemm il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament sostna minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

JA huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 201, 15.6.2020.