Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Mejju 2012 - Ewald vs UASI - Kin Cosmetics (Keen)

(Kawża T-280/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Keen - Trade mark Komunitarja figurattiva KIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rita Ewald (Frauenwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kin Cosmetics, SA (Sant Feliu de Guixols, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Marzu 2011 (Każ R 1383/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Kin Cosmetics, SA u Rita Ewald.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rita Ewald hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.