Language of document : ECLI:EU:T:2012:237





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba̕ Awla) tal-15 ta̕ Mejju 2012 — Ewald vs UASI —Kin Cosmetics (Keen)

(Kawża T-280/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Keen — Trade mark Komunitarja figurattiva KIN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1383/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kin Cosmetics, SA u Rita Ewald.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rita Ewald hija kkundannata għall-ispejjeż.