Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/11) 1

[“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Agrikoltura – Zokkor – Miżuri eċċezzjonali – Provvista tas-suq tal-Unjoni – Sena tas-suq 2010/2011 – Dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lil individwi – Ksur suffiċjentement serju – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi – Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T & L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor, sussegwentement D. Waelbroeck)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Mendes Pereira, avukat), RAR – Refinarias de Açúcar Reunidas, SA (Porto, il-Portugall) (rappreżentant: M. Mendes Pereira) u SFIR Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA (Cesena, l-Italja) u SFIR Raffineria di Brindisi SpA (Cesena) (rappreżentanti: P. Buccarelli u M. Todino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Demeneix, P. Rossi u N. Donnelly, sussegwentement P. Rossi u P. Ondrůšek, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Republlika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (raprezżentanti: E. Sitbon u A. Westerhof Löfflerová, aġenti) u Comité européen des fabricants de sucre (CEFS) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Pitschas, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba l-fatt, minn naħa, l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011, tat-3 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU 2011, L 60, p. 6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2011, tat-23 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed (ĠU 2011, L 79, p. 8), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011, tat-28 ta’ Marzu 2011, li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU 2011, L 81, p. 8) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (ĠU 2011, L 104, p. 39), u, min-naħa l-oħra, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-provvista taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

T & L Sugars Ltd u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mal-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2013, T & L Sugars u Sidul Açúcares/Commission (T-279/11, EU:T:2013:299).

T & L Sugars u Sidul Açúcares huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk li ġew imġarrba mill-Kummissjoni u li huma relatati mal-mertu tar-rikors.

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, inklużi dawk relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2013, T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni (T-279/11, EU:T:2013:299).

DAI - Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA, RAR - Refinarias de Açùcar Reunidas, SA, SFIR - Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA u SFIR Raffineria di Brindisi SpA kif ukoll il-Comité européen des fabricants de sucre (CEFS) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 232, 6.8.2011.