Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY)

(Kawża T-609/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY – Trade mark li hija kkostitiwita minn slogan ta’ reklamar – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tarRegolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Blackrock, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u M. Blair, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment I. Harrington, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 572/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbal SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.