Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Settembru 2012 - Elitaliana vs Eulex Kosovo

(Kawża T-213/12 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Elitaliana SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Colagrande, avukat)

Konvenut: Eulex Kosovo (Pristina, ir-Repubblika tal-Kosovo) (rappreżentant: G. Brosadola Pontotti, solicitor)

Suġġett

Talba intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta' Eulex Kosovo li tiċħad l-offerta li r-rikorrenti kienet ippreżentat fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratt pubbliku intitolat "EuropeAid/131516/D/SER/XK - Helicopter Support to the EULEX Mission in Kosovo (PROC/272/11)" u li tiddeċiedi li tagħti dan il-kuntratt lil offerenti oħra.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________