Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2024 – DEC Technologies vs EUIPO – Tehnoexport (DEC FLEXIBLE TECHNOLOGIES u Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa bil-kurvi)

(Kawżi magħquda T-59/23 u T-68/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea DEC FLEXIBLE TECHNOLOGIES u trade mark figurattiva li tirrappreżenta kaxxa bil-kurvi – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DEC Technologies BV (Enschede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Brtka u M. Witzmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Bovar u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tehnoexport d.o.o. Inđija (Inđija, is-Serbja) (rappreżentant: C. Schumacher, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tagħha bbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 2009/2021-5).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-59/23 u T-68/23 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Ir-rikorsi huma miċħuda.

DEC Technologies BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 112, 27.3.2023.