Language of document : ECLI:EU:T:2011:574





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 – Galileo International Technology vs UASI – Galileo Sistemas y Servicios (GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS)

(Kawża T-488/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti GALILEO – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti powered by Galileo – Trade marks figurattivi preċedenti GALILEO INTERNATIONAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 49)

2.                     Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ appell - Appell minn deċiżjoni meħuda minn dipartiment tal-Uffiċċju - Eżami mill-Bord tal-Appell - Portata - Tressiq ta’ kawża kontra deċiżjoni li laqgħet oppożizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 62(1)) (ara l-punti 59, 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, (Każ R 403/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Galileo International Technology, LLC u Galileo Sistemas y Servicios, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Galileo International Technology, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.