Language of document : ECLI:EU:T:2015:77





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 —
Türkiye Garanti Bankasi vs UASI — Card & Finance Consulting

(bonus & more)

(Kawża T‑33/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bonus & more — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti bonus net — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18, 19, 26)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 24)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 27)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi bonus & more u bonus net (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 25, 43, 46)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Türkiye Garanti Bankasi AS u Card & Finance Consulting GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1890/2011 4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Türkiye Garanti Bankasi AS.