Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Jannar 2011 - Germans Boada vs UASI (Forma ta' magna għall-qtugħ taċ-ċeramika)

(Kawża T-25/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Germans Boada, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

timmodifika d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta' Ottubru 2010, fil-Każ R 771/2010-1, skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u minħabba ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali u tal-Artikoli 7(1) u 7(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, filwaqt li tilqa' r-reġistrazzjoni tat-trade mark tridimensjonali 7.317.911;

sussidjarjament, u esklużivament fl-eventwalità li t-talba preċedenti tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Ottubru 2010, fil-Każ R 771/2010-1, minħabba ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inkonformità mal-Artikolu 87(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali fil-forma ta' magna għall-qtugħ taċ-ċeramika, għal prodotti fil-klassi 8

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv, u ksur tal-Artikolu 7(3) tal-istess regolament, peress li ġie pprovat li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kisbet karattru distintiv permezz tal-użu. Ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali u tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, peress li l-UASI kien imissu ħa inkunsiderazzjoni biss il-fatti u l-provi ppreżentati mill-partijiet fit-terminu previst; ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-UASI ma ħax inkunsiderazzjoni fatti u provi ppreżentati mir-rikorrenti fil-forma meħieġa u fit-terminu previst

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).