Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI OHMI – Gaffashion (BAUSS)

(Kawża T-267/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjonii – Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja BAUSS – Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BASS3TRES – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ probabblità ta’ konfużjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gaffashion – Comércio de Acessórios de Moda, Lda (Viana do Castelo, il-Portugall)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 2295/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Gaffashion – Comércio de Acessórios de Moda, Lda.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.