Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Marzu 2010 -GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni u OLAF
(Kawża T-435/09 R)
("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programmi Komunitarji ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku - Klawżola ta' arbitraġġ - Ordni ta' rkupru - Nota ta' debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GL2006 Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Gardenal u E. Belinguier-Raiz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti, assistiti minn T. Van der Hout, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2009 li tittermina l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti f'żewġ proġetti Komunitarji u n-noti ta' debitu maħruġa fis-7 ta' Awwissu 2009 li permezz tagħhom il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom mogħtija fil-kuntest tal-proġetti Komunitarji li pparteċipat fihom ir-rikorrenti.
Dispożittiv
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkunsidrata bħala l-unika konvenuta.
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________