Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2014 – Swatch vs UASI – Panavision Europe (SWATCHBALL)

(Kawża T-71/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Swatch AG (Biel, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Panavision Europe Ltd (Greenford, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 470/2012-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SWATCHBALL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 543 524

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonjiet internazzjonali u r-reġistrazzjonijiet għal trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “swatch” u t-trade mark verbali “SWATCH”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.