Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – SBG vs EUIPO – VF International (GEØGRAPHICAL NØRWAY)
(Kawża T-458/20) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali GEØGRAPHICAL NØRWAY – Raġuni assoluta għal rifjut – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Mala fide – Obbligu ta’ motivazzjoni”)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Super Brand Licencing (SBG) (Villeurbanne, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u A. Sion, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. van Innis u A. Van der Planken, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 1178/2019-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn VF International u SBG.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 1178/2019-1) hija annullata.
L-EUIPO u VF International Sagl huma kkundannati għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 287, 31.8.2020.