Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/12)1

(“Għajnuna mill-Istat – Irtirar – Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom – Tnaqqis tal-korrispettiv dovut lill-Istat minn France Télécom – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Vantaġġ”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u J. Rossi, sussegwentement minn D. Colas Diégo u R. Coesme, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, L. Flynn u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) – Riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom implementata mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.