Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Settembru 2011 - Bro Grébé vs Il-Kunsill

(Kawża T-194/11) 1

"Politika barranija u ta' siġurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda

minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' azzjoni minn naħa tar-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Geneviève Bro Grébé (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: J. C. Tchikaya, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 1), safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Geneviève Bro Grébé hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta' intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire

____________

1 - ĠU C 152, 21.05.2011