Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Marzu 2011 - Automobili Lamborghini vs UASI - Miura Martínez (Miura)

(Kawża T-191/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Automobili Lamborghini Holding SpA (Sant'Agata Bolognese, l-Italja) (rappreżentant: P. Kather, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eduardo Miura Martínez (Sevilla, Spanja) u Antonio José Miura Martínez (Sevilla, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Jannar 2011, fil-Każ R 161/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali "Miura" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 14, 18, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Eduardo Miura Martínez u Antonio José Miura Martínez

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva internazzjonali u nazzjonali li tinkludi l-element verbali "MIURA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 14, 24, 25 u 39, it-trade mark verbali nazzjonali "MIURA" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25, kif ukoll l-isem "MIURA" użat fil-kummerċ għat-tkabbir tal-barrin

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 sa fejn l-intervenjenti ma werewx l-użu tat-trade marks kunfliġġenti u ksur tal-Artikolu 75 tal-istess regolament billi r-rikorrenti ma kinitx f'pożizzjoni li tesprimi l-kunsiderazzjonijiet tagħha fir-rigward tad-deċiżjoni billi l-mertu tal-motivi ta' oppożizzjoni ma kinux ġewha nnotifikati

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1).