Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 – NumberFour vs UASI – Inaer Helicópteros (ENFORE)
(Kawża T-478/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NumberFour AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Götz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Inaer Helicópteros, SA (Mutxamel, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1000/2012-5;
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ENFORE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 059 624
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EINFOREX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 42 u 45 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 530 927
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.