Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Il-Qorti tal-Awdituri vs BF

(Kawża T-663/13) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Ħatra għal kariga ta’ Direttur tar-Riżorsi Umani – Ċaħda ta’ kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rapport ippreżentat mill-kumitat ta’ preselezzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedurat: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013, BF vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-69/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u l-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn BF fil-kuntest tal-preżenti istanza.