Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Ġunju 2011 - Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/06)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-methacrylates - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet taddifiża - Preżunzjoni ta' innoċenza - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' trattament ugwali - Prinċipju ta' individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta' legalità tad-delitti u tal-pieni - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta' ċertezza legali - Użu ħażin ta' poter - Multi - Attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas fi ħdan grupp ta' kumpanniji")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) u Elf Aquitaine SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(ċ) u (d) u tal-Artikolu 2(b) u tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006)2098 finali, tal-31 ta' Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 - Methacrylates), u, sussidjarjament, talba għal modifika tal-Artikolu 2(b) tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Total SA u Elf Aquitaine SA għandhom ibatu l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006.