Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 – GRE vs UASI – Villiger Söhne (LIBERTE brunes)

(Kawża T-78/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE brunes – Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti La LIBERTAD – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. McKenzie u B. Pikolin, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2109/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 109, 14.04.2012.