Language of document : ECLI:EU:T:2008:163





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Mejju 2008 – NewSoft Technology vs UASI – Soft (Presto! BizCard Reader)

(Kawża T-205/06)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali Presto! BizCard Reader – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Presto – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 65-67)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Mejju 2006 (Każ R 601/2005-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Soft, SA u NewSoft Technology Corp.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li kienet suġġetta għal talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidià:

Trade mark verbali Presto! BizCard Reader għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 42 – Applikazzjoni Nru 2625457

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

NewSoft Technology Corp.

Parti li ppreżentat it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Soft, SA

Trade marks tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade marks figurattivi Spanjoli Presto għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Invalidità tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

NewSoft Technology Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.